Barack Obama Illum Għalaq 60 Sena

 Barack Obama Illum Għalaq 60 Sena

Ismu propja Barack Hussein Obama. Twieled fl-4 t’Awwissu tal-1961 f’Honolulu fil-Hawaii. Iggrawda mill-Università ta’ Columbia fl-1983 u beda jaħdem bħala ‘community organizer’ f’Chicago sakemm fl-1988, applika biex ikompli l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Harvard.

Kien l-ewwel President Afro – Amerikan fl-Istati Uniti u serva bħala l-44 President. Irrappreżenta lill-partit Demokratiku.

Jibqa’ magħruf għall-kariżma li kellu kif ukoll għal bosta tibdil li wettaq u riformi fil-pajjiż. Waħda minnhom kienet l-Obama Care li kienet titratta s-saħħa.

Kien magħruf ukoll li kellu saħħa kbira ta’ segwaċi fuq il-pjattaforma onlajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com