Bil-Filmat: Numru Kbir Ta’ Ħut Mejjet F’Chadwick Lakes
“Bla kumment” hekk kiteb Miguel Caruana f’filmat li qasam fuq il-mezzi soċjali tiegħu tas-sitwazzjoni ġewwa Chadwick Lakes.
F’dan il-filmat li nġibed dalgħodu stess wieħed jista’ jara n-nixfa kbira li jinsab fija dan il-post kawża tas-sħana kbira tas-sajf. Dan minkejja l-ftit tax-xita li għamlet għal xi ħin ilbieraħ.
Wieħed jista’ josserva numru kbir ta’ ħut li jinsab mejjet minħabba li ma kienx fadlilhom aktar fejn jgħixu. Dan minbarra ħlejjaq ieħor li jgħix f’dan il-post.
Huwa sew li f’Chadwick Lakes jintefa ħut li fil-ġranet sħan tas-sajf dan jispiċċa jmut minħabba nuqqas ta’ ilma?