Żagħżugħ ta’ 14-il Sena Jinżamm Fil-Faċilità Y.O.U.R.S Sakemm Tingħata S-Sentenza

 Żagħżugħ ta’ 14-il Sena Jinżamm Fil-Faċilità Y.O.U.R.S Sakemm Tingħata S-Sentenza

Żewġ żgħażagħ, tfajla ta’ 16-il sena minn Marsaskala u ġuvni ta’ 14-il sena mill-Mosta, ilbieraħ tressqu l-Qorti wara li nqabdu jippruvaw jisirqu minn vettura fl-Iklin minn Uffiċjal tal-Pulizija li ma kienx xogħol.

Il-ġuvni kien akkużat ukoll li jumejn qabel saq mutur b’mod perikoluż u bi pjanċi foloz. Il-mutur kien misruq u xħin ra l-pulizija ħarab meta pruvaw iwaqqfuh.

Iż-żgħażagħ wieġbu ħatja tal-akkużi u t-tfajla ġiet liberata bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat fi żmien 3 snin filwaqt li l-ġuvni inżamm il-Y.O.U.R.S sakemm tingħata is-sentenza.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com