Bil-Filmat: Pulizija F’New York Isalva Raġel Li Waqa’ Fuq Il-Karreġġjati Tal-Ferrovija

 Bil-Filmat: Pulizija F’New York Isalva Raġel Li Waqa’ Fuq Il-Karreġġjati Tal-Ferrovija

Uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ raġel ieħor irnexxilhom isalvaw fil-ħin raġel li ftit minuti qabel waqa’ fuq il-karreġġjati tal-ferrovija.

Fl-istazzjon tal-ferrovija nzerta kien hemm Pulizija li kif ra li ġara xi ħaġa mal-ewwel ħa azzjoni u niżel jgħin lir-raġel bl-isem ta’ Ludin Lopez ta’ 60 sena li ħassu ħażin u waqa’.

Dan l-inċident seħħ f’Bronx subway station, f’New York nhar l-Erbgħa li għadda.

Il-Pulizija u r-raġel li għenu sabiex salvaw il-ħajja ta’ Lopez ġew imfaħħar għal għemilhom.

Dawn huma stejjer ta’ kuraġġ kbir li jerġgħu nnisslu s-sabiħ tal-ħajja u fiduċja fl-umanità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com