Bil-Filmat: Serp Joħroġ Minn Bejn Il-Vażetti F’Ħanut F’Awstralja

 Bil-Filmat: Serp Joħroġ Minn Bejn Il-Vażetti F’Ħanut F’Awstralja

Esperjenza mhux normali li għaddiet minnha Helaina Alati waqt li kienet qed tixtri minn supermarket ġewwa Sydney l-Awstralja.

Hija rrakkontat kif waqt li kienet qeda quddiem lix-xkaffa tal-ħwawar joħroġ serp minn bejn il-vażetti eżatt quddiem wiċċha.

Is-serp kien twil madwar 3 metri però b’xorti tajba ma kienx velenuż.

Helaina Alati qalet li b’xorti tajba is-serp ħareġ quddiemi, għaliex hija nzertat taħdem taqbad is-sriep bħala voluntiera. Kieku ħareġ quddiem xi ħadd ieħor qalet Helaina żgur li kien jaqbdu paniku kbir.

Wara li ffilmjatu bil-mobile hija ġabet basket u daħħlitu fih. Hija saqet lejn il-foresti fejn telqitu hemmhekk b’mod sigur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com