“Iridu Li D-Dinja Kollha Tafdana” – Il-Kelliem Tat-Taliban Fl-Ewwel Konferenza

 “Iridu Li D-Dinja Kollha Tafdana” – Il-Kelliem Tat-Taliban Fl-Ewwel Konferenza

Fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet immexxija mit-Taliban għal-ewwel darba deher wiċċ Zabihullah Mujahid, il-kelliem tal-grupp wara li dan dejjem kienet il-vuċi tiegħu biss li nstemgħet.

“Iridu li d-dinja kollha tafdana”, hekk qal Zabihullah Mujahid quddiem bosta ġurnalisti li kienu qed jirrapportaw din l-konferenza. Huwa żied jgħid li ma jridux għedewwa la fl-Afganistan u lanqas f’postijiet oħra.

Il-Kelliem tal-grupp militanti qal li l-poplu m’għandux għalxiex jibża, serraħ ras ukoll lil komunità internazzjonali u assigura li l-ħaddiema kollha fl-ambaxxati fl-Afganistan ħadd mhu se jagħmlilhom ħsara. Huwa żied jgħid li l-prijorità hija li jkun hemm l-ordni fil-pajjiż u jitħarsu l-liġijiet.

Waqt din il-konferenza mill-palazz Presidenzjali f’Kabul, Zabihullah Mujahid wieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fejn għall-ewwel mistoqsija propju għażel ġurnalista mara. Hija saqsiet dwar in-nisa u d-drittijiet tagħhom fl-Afganistan taħt it-tmexxija tat-Taliban.

Il-Kelliem tat-Taliban qal li d-drittijiet tan-nisa ħa jkunu mħarsa u rispettati taħt il-qafas tal-liġi Islamika. Huwa qal li jrid jassigura li l-poplu jgħix fil-paċi.

Ritratt: Hindustan Times

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com