Bjorn Formosa Jieqaflu L-Vann Fuq Il-Vapur T’Għawdex

 Bjorn Formosa Jieqaflu L-Vann Fuq Il-Vapur T’Għawdex

“Waqafli l-vann fil-vapur!” Hekk qal Bjorn Formosa wara li ġie mistieden minn Greens Supermarket. “Xħin wasalna Għawdex, il-vann ma ridx jaqbad! Għalxejn indawru ċ-ċavetta! Ridna nibqgħu fuq il-vapur.”

Madanakollu, Bjorn qal li l-kru tal-Gozo Channel tawh l-għajnuna mill-ewwel u għenu jsolvi s-sitwazzjoni.

Mhux talli hekk, talli tawh donazzjoni b’risq DAR Bjorn il-ġdida. “Ma tistax ma taqbiżlekx demgħa tkun taf li minn problema toħroġ xi ħaġa daqshekk sabiħa”, tenna Formosa.

Infakkru fil-maratona:

#926tofinish – Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru, għini niftaħ it-tieni dar!

❤️ SMS fuq 50618936 (€6.99)
🅱️ BOV Mobile Pay – 79096249
🧑‍💻Jew idħol alsmalta.org/donate/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com