Dun Nicholas Cachia Ħa Jibqa’ Mfakkar Fost Is-Siġġiwin

 Dun Nicholas Cachia Ħa Jibqa’ Mfakkar Fost Is-Siġġiwin

Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ħa jkun qed jsemmi ġnien għas-saċerdot Siġġiewi Dun Nicholas Cachia.

Dun Nicholas Cachia miet fit-28 ta’ Lulju li għadda, fl-età ta’ 59 sena, f’JFK Medical Centre fi Florida, Miami, fejn kien qed jgħix għal dawn l-aħħar 6 snin. Dun Nicholas kien qassis maħbub ħafna u wettaq bosta xogħol fosthom fis-Seminarju, l-Kurja, l-Università ta’ Malta, Radju RTK fost aktar.

Din l-aħbar tħabbret mis-Sindku tas-Siġġiewi Domnic Grech fejn waqt seduta tal-Kunsill ilbieraħ resaq mozzjoni sabiex ir-Reading Garden li diġà hemm pjanat li jsir fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, jkun imsemmi għal Dun Nicholas Cachia.

Is-Sindku żied ukoll fil-mozzjoni sabiex Nicholas Cachia u l-familjari tiegħu jiġu preżentati bil-Mertu Onorifiċenza Siġġiewi f’Jum is-Siġġiewi  2022.

“B’sodisfazzjon inħabbar li kien hemm qbil unanimu bejn il-Kunsilliera kollha b’risq din il-mozzjoni” qal Dominic Grech fil-messaġġ li kiteb.

Il-Funeral ta’ Dun Nicholas Cachia ħa jkun qed isir nhar il-Ġimgħa li ġej fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi mill-Isqof Charles J. Scicluna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com