Imxerrda Emails Foloz F’Isem Il-Kap Tal-PN Bernard Grech

Hekk kif diversi siti tal-aħbarijiet kienu vittmi ta’ cyber attack fosthom is-sit tagħna StradaRjali.com u oħrajn bħas-sit ta’ Manuel Delia, Newsbook, Net News, Lovin Malta u TVM issa jidher li qed jiġi ppublikat wkoll email falz f’isem il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Bernard Grech.
F’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu Dr. Grech qal li dawn huma tattiċi antidemokratiċi perikolużi.
Huwa tenna li “ma nistgħux inħalluhom jibqgħu bla kastig. Ma nistgħux naċċettaw li nsaħħu l-kultura ta’ impunità li wasslet għall-qtil ta’ ġurnalista.”
Bernard Grech qal li l-unit tas-Cybercrime tal-Pulizija jeħtieġ li jissaħħaħ u l-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom jiltaqgħu b’urġenza biex jiżguraw li l-liġijiet li jirregolaw is-Cybercrime jissaħħu qabel l-elezzjoni li ġejja.