Fit-Turkija Karozza Tal-Linja Titlef Il-Kontroll U Tħalli 15-il Persuna Mejta

 Fit-Turkija Karozza Tal-Linja Titlef Il-Kontroll U Tħalli 15-il Persuna Mejta

Ilbieraħ fit-Turkija, karozza tal-linja bil-passiġġieri li kienet qed tivjaġġa bejn Zonguldak fit-Tramuntana tat-Turkija lejn Izmir fil-Punent tat-Turkija spiċċat tilfet il-kontroll fl-awtostrada.

Dan l-inċident seħħ ilbieraħ filgħodu kmieni fl-4:40am, fejn il-ħaddiema tal-emerġenza marru fuq il-post tal-inċident biex jgħattu l-ewwel għajnuna.

F’dan l-inċident sfortunat ġew ċċertifikati fuq il-post 11-il persuna mejta, kif ukoll aktar tard mietu 4 oħra l-isptar. 17-il persuna oħra weġġgħu fil-ħabta u ttieħdu f’ħames sptarijiet għall-kura.

L-awtoritajiet qalu li l-investigazzjoni għadhom għaddejja.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com