Tasal It-Tielet Mewġa Tas-Sħana – Nistennew Aktar Minn 40°C.

 Tasal It-Tielet Mewġa Tas-Sħana – Nistennew Aktar Minn 40°C.

Tasal ukoll it-tielet mewġa ta’ sħana f’dan l-eqqel sajf li qatt esperjenzaw il-gżejjer Maltin. Arja taħraq minn fuq id-deżert se tpoġġi eżatt fiċ-ċentru tal-Mediterran għal madwar ħamest ijiem b’temperaturi għal darb’oħra viċin (jew iktar) l-40°C.

Dettalji:
It-temp se jkun kuljum xemxi u sħun ħafna iżda anke mdaħħan. Ftit anqas sħun għal tmiem il-ġimgħa iżda jsir #umdu..

Ir-riħ se jkun ġeneralment ħafif (sa Forza 4) l-aktar minn direzzjonijiet tal-Punent (W). Isir moderat u b’xi buffuri waqt l-eqqel tal-mewġa u xi buffuri qawwija ta’ riħ sħun u xott mhux esklużi matul xi ljieli lejn nofs il-ġimgħa. Riħ aktar umdu lejn tmiem il-ġimgħa jbaxxi t-temperaturi estremi.

It-temperatura massima se tkun viċin l-40°C (jew ~8°C #aktar mill-medja staġjonali) l-aktar bejn it-Tlieta 10/8 u l-Ħamis 12/8, possibilment sa 42°C. Tnaqqas mill-Ġimgħa 13/8, bl-anqas jum sħun ikun l-14/8 fejn mistennija massima ta’ 35°C. It-temperaturi minimi se jkunu wkoll għoljin ħafna u mingħajr solljev għal dawk ta’ matul il-ġurnata, fl-ambitu ta’ bejn 25°C u 30°C!

It-temperatura tal-baħar tinsab f’medja ta’ 28°C, li hi madwar 2°C aktar mill-medja staġjonali għal nofs Awwissu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com