Għaliex ‘The Travellers’ Libbsu L-Midja Soċjali Tagħhom Bl-Iswed?

 Għaliex ‘The Travellers’ Libbsu L-Midja Soċjali Tagħhom Bl-Iswed?

The Travellers qed jippjanaw li joħorgu s-single l-ġdida tagħhom: Il-Biża’. Il-vidjow mużikali ser joħroġ fid-9 t’Awissu, 2021 u hija l-ewwel diska maħruġa mill-album il-ġdid.

Il-grupp beda jħejji r-ritorn tiegħu fix-xena mużikali fil-25 ta’ Lulju, fejn libbes l-pjattaformi tal-midja soċjali kollha iswed kif ukoll tana togħma żgħira mid-dehra l-ġdida tiegħu, ispirata min-’neon’.

Din l-aħħar single tagħhom ‘Il-Biża’’ titratta fuq it-tbatija interna li wieħed jaffaċċja meta jkun qed ibati minn problemi fis-saħħa mentali tiegħu. Id-diska tippersonifika din il-biża’ u tesprimiha b’mod uniku u b’messaġġ interessanti. Il-mużika biss ukoll tqanqal sens ta’ biża’ u direzzjoni totalment differenti mid-diski li ħargu qabel.

The Travellers issieħbu wkoll ma’ Richmond Foundation biex iwasslu messaġġ ta’ tama lil kull min qed jaffaċċja dawn il-problemi fis-saħħa mentali tiegħu. Iċ-ċentru tal-messaġġ ser ikun biex dawn in-nies ma jiddejqux jitkellmu ma’ nies professjonali jekk iħossu li s-saħħa mentali tagħhom qiegħda f’riskju.

Servizz ta’ 24 siegħa kuljum huwa disponibli billi ċċemplu fuq 1770 jew chat onlajn fuq OLLI Chat u Kellimni.com.

Il-Biża’ ser tkun l-ewwel diska mill-album il-ġdid ta’ The Travellers, bl-aħħar wieħed kien 2018 – ‘Iljuni fis-Silġ’ li kien jinkludi fih l-aqwa diski tagħhom li laħħqu l-quċċata tac-charts lokali bħal Ħafi Paċi Kuluri’ u
‘Ersaq fil-Qrib’.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com