Iċ-Ċkejken Gabriel Jipprepara Għat-Tieni Intervent Mediku
Iċ-Ċkejken Gabriel bħalissa qed jipprepara biex jagħmel it-tieni intervent mediku li għandu bżonn fejn attwalment jinsab f’Mercy Hospital f’St Louis fl-Istati Uniti.
Ftit ilu, propju fl-20 ta’ Lulju li għadda, Gabriel kellu l-benefiċċu li jsirlu intervent li jissejjaħ ‘Selective Dorsal Rhizothomy’. Dan l-intervent bażikament jgħin lil min hu milqut bil-kundizzjoni ta’ Cerebral Palsy propju biex jinħeles mill-għebusija fil- muskoli u n-nervituri.
Minn qalbna, nawgurawlu suċċess. Kuraġġ Gabriel.