“Id-Direttur Tal-Ħabs Għandu Jġorr Ir-Responsabiltá U Jwarrab” – Il-PN

 “Id-Direttur Tal-Ħabs Għandu Jġorr Ir-Responsabiltá U Jwarrab” – Il-PN

“Hemm bżonn riforma urġenti fil-ħabs. Għal dak li qed jiġri bħalissa trid tinġarr ir-responsabbiltá. It-telf tal-ħajjiet seta’ jiġi evitat. Il-ħabs huwa faċilitá korrettiva mhux vendikattiva – il-ħabs għandu jħares il-ħajja, d-dinjitá u d-drittijiet tal-ħabsin filwaqt li jassigura li jkun faċilitá ta’ riabilitazzjoni. Għalhekk id-direttur tal-ħabs għandu jwarrab b’mod immedjat.”

Dan kien il-qofol ta’ konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu quddiem il-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin mill-Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius, il-kandidat Darren Carabott u Graziella Galea.

Il-kelliema tal-PN qalu li l-poplu għandu dritt jifhem is-sitwazzjoni reali fil-ħabs. Sar appell ukoll biex il-ġurnalisti jitħallew jidħlu jirraportaw dwar is-sitwazzjoni. “Sirna nafu wkoll li mill-ħabs kienu qed jiġu blukkati ċerta numri ta ġurnalisti biex il-priġunieri ma jkunux jistgħu jitkellmu magħhom,” sostnew waqt il-konferenza.

“Is-sistema preżenti tal-ħabs falliet. Qraba ta’ dawn il-vittmi tas-sistema kienu jistennew li qrabathom joħorġu riabilitati imma minflok ħarġu f’kaxxa,” temmew jgħidu l-kelliema tal-PN.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com