“Nixtiequ Li Nistgħu Ndawru Lura L-Ħin, Anke Għal Sekonda Waħda Biss…” – Daniela Pandolfino

 “Nixtiequ Li Nistgħu Ndawru Lura L-Ħin, Anke Għal Sekonda Waħda Biss…” – Daniela Pandolfino

Għaddiet sena minn meta Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski inqatlu fid-dar tagħhom f’Tas-Sliema.

“Dalgħodu lkoll kemm aħna qomna b’qalbna sewda. Parti kbira minn ħajjitna hija nieqsa. Nixtiequ li nistgħu ndawru lura l-ħin, anke għal sekonda waħda biss, biex forsi ngħidu xi ħaġa li qatt ma għidna, jew naqsmu daħka oħra…” dawn kienu l-kliem li kitbet fuq il-mezzi soċjali tagħha oħt Christian, Daniela Pandolfino.

Daniela qalet li din kienet sena kerha u iebsa ħafna, iridu ngħixu b’din il-ġrajja tul ħajjitna waqt li niftakru fil-memorji sbieħ li għexna flimkien. Daniela kompliet tgħid li ħadd mhu ħa jimla l-vojt li ħallew warajhom Christian u Ivor.

Dalgħodu Daniela ħadet ħsib li żżejjen l-entratura tad-dar b’fjuri sbieħ biex tfakkar din il-ġurnata. Hija qalet li din it-traġedja ġabet lill-familja aktar magħquda minn qatt qabel.

“Aħna ħa nibqgħu nġorru lil Chris f’qalbna u f’moħħna tul ħajjitna kollha,” temmet tgħid Daniela.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com