Iħallina Toni L-‘Ħuttu’ Li Għamel 80 Sena Jdoqq Mal-Imperial

 Iħallina Toni L-‘Ħuttu’ Li Għamel 80 Sena Jdoqq Mal-Imperial

Il-Mellieħin tilfu lil Toni wara li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Toni għamel 80 sena jdoqq mal-Banda Imperial.

L-Għaqda Mużikali Imperial tinsab f’luttu għat-telfa tas-Sur Anthony Caruana. Kien magħruf ma’ bosta, il-Ħuttu, kien bandist mal-Banda Imperial għal il-fuq minn 80 sena.

Huwa serva fil-Kumitat Direttiv f’diversi karigi, fosthom fil-pożizzjoni ta’ Kaxxier. Toni miet ilbieraħ Tnejn 9 t’Awwissu 2021 fl-eta’ ta’ 97 sena.

L-Għaqda Mużikali Imperial se tkun qed tieħu sehem fil-funeral li se jsir nhar l-Erbgħa 11 t’Awwissu 2021 biex tagħtih l-aħħar tislima. Il-quddiesa Praesente Cadavere fil-Knisja Arċipretali Marija Bambina tal-Mellieħa tibda fit-3.30pm.

Kondoljanzi lill-familjari kollha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com