Il-London Tower Bridge Jeħel U Jibqa’ Miftuħ

 Il-London Tower Bridge Jeħel U Jibqa’ Miftuħ

Il-‘London’s Tower Bridge’ lbieraħ weħel b’kawża li baqa’ miftuħ minħabba problemi tekniċi.

Bla dubju din il-problema fuq dan il-pont tant importanti f’Londra ħolqot inkonvenjent kbir speċjalment għat-traffiku li jgħaddi kuljum minn fuqu. Dan il-pont jgħaqqad il-parti ċentrali man-naħa t’isfel tal-kapitali ta’ Londra. Traffiku kbir spiċċa nġema’ fuq kull naħa tal-pont, bil-pulizija ħeġġet lin-nies biex jevitaw din iż-żona.

‘City of London Corporation’ il-kumpanija li tieħu ħsieb dan il-pont qalet li qed tagħmel min kollox sabiex isolvi l-problema kemm jista’ jkun maljar.

Ritratt: Euronews

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com