Ikkonfiskati 268 Pakkett Ta’ Tabakk Li Ma Jitpejjipx

 Ikkonfiskati 268 Pakkett Ta’ Tabakk Li Ma Jitpejjipx

Id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska 268 pakkett ta’ tabakk li ma jitpejjipx. Dawn huma magħrufa bħala Chewing tobacco. Din is-sejba saret f’żewġt iħwienet, wieħed fl-Imsida u l-ieħor f’Ta’ Xbiex.

B’kollox, l-ammont ammonta għal 237 kg. Dan intqal fi stqarrija mid-Dipartiment tad-Dwana Maltija.

F’Ħanut tal-merċa f’Ħal Luqa, instabu wkoll 3 kg ta’ dan it-tip ta’ tabakk kif ukoll sigaretti tal-kuntrabandu u alkoħol.

Il-liġi Maltija tgħid li importazzjoni, manifattura, ħażna, provediment jew bejgħ ta’ dan it-tip ta’ tabakk huwa illegali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com