Lady Gaga Ġo Film Ġdid Dwar Il-Ħajja Ta’ Maurizio Gucci

 Lady Gaga Ġo Film Ġdid Dwar Il-Ħajja Ta’ Maurizio Gucci

Film ġdid li hemm stennija kbira għalih madwar id-dinja huwa ‘House of Gucci’. Dan huwa film ibbażat fuq fatti le seħħew dwar il-ħajja ta’ Maurizio Gucci, b’Lady Gaga tinterpreta l-parti ta’ Patrizia Reggiani l-mara ta’ Maurizio Gucci.

Dan il-film mistenni joħroġ fis-swali taċ-ċinema f’Novembru li ġej. Ftit tal-jiem ilu ħareġ it-trailer uffiċjali u f’6 t’ijiem biss rawh fuq 9 miljun persuna.

Fl-Italja dan il-film kien diskuss f’diversi programmi anke ma Patrizia Reggiani nnifisha, fejn hija kienet ġiet akkużata bil-qtil ta’ żewġha Maurizio Gucci. Hi kienet inħelset mil-ħabs fl-2016. Skontat 16-il sena ħabs flok 29 sena li kienet weħlet oriġinarjament lura fl-1997.

Meta tkellmet pubblikament dwar dan il-film Patrizia Reggiani qalet li ma taqbilx li din lis-storja dwarha u ħajjiet il-familja tagħha nħadmet għaċ-ċinema.

Il-film huwa direzzjoni ta’ Ridley Scott b’diversi atturi ta’ fama fosthom Al Pacino, Adam Driver, Jared Leto u Jeremy Irons.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com