Il-‘Green Walls’ Mimlija Ħaxix Ħażin… Se Ssir Manutenzjoni?

Osservazzjoni mingħand persuna li bagħtitilna, qaltilna li kienet ħadet gost meta rat il-proġett tal-‘green walls’ li beda jsir f’bosta nħawi.
Saħqet magħna li l-mistoqsija tagħha dejjem kienet kif se jinżammu għaliex skont hi “Hawn Malta, hija ħasra li proġett isir imbagħad jitħalla għal rieħu! U tawni raġun dejjem.”
F’ritratti li bagħtitilna, jidhru l-green walls li saru appena toħroġ minn taħt il-mina ta’ Santa Venera direzzjoni lejn il-Marsa u li fihom jidhru għadd ta’ ħaxix selvaġġ u b’xeħta fi stat ta’ abbandun.
L-iskop tagħna huwa li nkunu konxji ta’ dan u li l-manutenzjoni issir għaliex, nammettu, kif jidhru bħalissa ma tantx jagħtu dehra sabiħa.