Il-Kantant Renato Jaqa’ U Jfarrak Wiċċu – Itenni Li Sab Għajnuna Fil-Pront
Il-Kantant popolari Renato Micallef ilbieraħ kellu inċident żgħir fejn waqa’ f’nofs ta’ triq u qal li mara li kienet għaddejja, ratu u waqfet ittieh l-għajnuna fil-pront.
“Ma nistax niftakar min kienu dawn in-nies, għax mal-waqa’ farrakt wiċċi u bl-istess uġiegħ ħassejtni stordut. In-nies twajba li ġew għal għajnuna ċemplu għall-ambulanza u kwarta wara kienet ħdejja u ħaduni l-isptar”, kiteb Renato.
Huwa rringrazzja lill-ħaddiema tal-isptar u qal li huma nies iddedikati u li jħobbu l-pazjent.
Staqsa jekk hawnx min jaf min kienu n-nies li tawh l-għajnuna biex jirringrazzjahom.
Bħal dejjem, bl-aspett umoristiku tiegħu, Renato dawwar dan l-episodju f’ċajta u qal li fl-isptar, malli staqsewh fuq il-‘black eye’ li ġarrab, qalilhom: “kelli round boxing ma’ Tyson u faqgħani!!!”
Ħu ħsieb Renato. Nawgurawlek saħħa u fejqan ta’ malajr.