Il-Kunsill Lokali Qala Se Jkun Qed Jikkontesta Appell Għall-Bini Fuq Art ODZ

 Il-Kunsill Lokali Qala Se Jkun Qed Jikkontesta Appell Għall-Bini Fuq Art ODZ

Applikazzjoni li ġiet miċħuda aktar kmieni din is-sena għall-bini ta’ kamra fuq art f’żoni barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Qala Għawdex, qed tiġi appellata mill-iżviluppatur.

Fil-jiem li ġejjien ħa jkun qed jinstema’ dan l-appell bil-Kunsill Lokali, kif kien wiegħed se jikkontesta dan l-appell u se jkompli l-ġlieda sabiex isalva l-ambjent naturali tal-Qala.

Is-Sindku tal-Qala s-Sur Paul Buttigieg qal fi stqarrija li “l-Kunsill Lokali Qala ser ikompli jiddefendi zoni mhux mittiefsa madwar il-lokalita’ tal-Qala”.

Huwa ikkonferma li l-Kunsill Lokali rreġistra sabiex jikkontestaw appell minn żviluppatur li jrid jibni kamra fejn jeżisti biss munzell ġebel.

L-appell ħa jkun qed jinstema’ fil-ġranet li ġejjin quddiem it-Tribunal.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com