Jinżamm Arrestat Wara Li Faqgħalha T-Tambur Ta’ Widnejha Għax Qralha Chats Fil-Mobile

 Jinżamm Arrestat Wara Li Faqgħalha T-Tambur Ta’ Widnejha Għax Qralha Chats Fil-Mobile

Ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest Alvin Wannous ta’ 37 sena li jgħix Ħal Balzan wara li wieġeb mhux ħati ta’ vjolenza domestika fuq it-tfajla tiegħu.

Fil-Qorti nstema’ kif Alvin Wannous u t-tfajla tiegħu, kienu għamlu ftit jiem f’lukanda f’Għawdex. F’ġurnata minnhom xħin it-tfajla daħlet tinħasel, l-imputat allegatament beda jfittex fil-mobile tagħha, fejn sab xi chats ma rġiel oħra.

Meta l-imputat ikkonfronta lit-tfajla hija pruvat tispjega min kienu l-irġiel, però l-imputat allegatament sar aggressiv u ma ħallijiex tispjega. L-argument rega’ eskala b’mod fiżikali wara li l-mara bdiet tippakkja biex titlaq.

Hekk kif irritornat lura Malta b’taxi hija rrapportat dak li għaddiet minnu.

It-tfajla ġiet ċertifikata li sofriet xi ġrieħi fi spallejha, rasha u li nfaqgħalha t-tambur ta’ widnejha. Huma kienu ilhom joħorġu flimkien għal ftit xhur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com