Infermiera Fil-Ġermanja Tlaqqam Eluf Ta’ Nies B’Ilma Bil-Melħ Flok Bil-Vaċċin Kontra L-Covid-19
Fil-Ġermanja kważi 9,000 persuna jridu jerġgħu jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19.
Dan minħabba li nfermiera li kienet qed tagħti t-tilqim bidlet id-dożi b’ilma bil-melħ.
L-awtoritajiet ħarġu avviż sabiex dawk li ħadu l-vaċċin fil-klinika partikolari fejn kien hemm din l-infermiera bejn il-5 ta’ Marzu u l-20 ta’ April jerġgħu jmorru sabiex jieħdu doża oħra. Jidher li dawk affettwati kienu kollha ta’ aktar minn 70 sena.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ fejn għadu mhux magħruf jekk l-infermiera għamlitx dan l-att apposta jew b’aċċident.