“Insew Jorbtu Lil Owen Mal-Bużżieqa” – Cassola Jgħaddi Ż-Żmien Bil-Ministru Bonnici

 “Insew Jorbtu Lil Owen Mal-Bużżieqa” – Cassola Jgħaddi Ż-Żmien Bil-Ministru Bonnici

“Lanqas ħaqq qagħad jilbes il-libsa għall-kesħa ta’ hemm fuq…Insew jorbtu lil Owen mal-bużżieqa.” Hekk kiteb Arnold Cassola fuq il-mezzi soċjali lbieraħ filgħaxija biex jgħaddi biż-żmien lil Ministru Owen Bonnici wara li grupp ta’ studenti tellgħu bużżieqa spazjali fuq il-gżejjer Maltin.

Din hija l-ewwel avventura spazjali li qed isir minn studenti Maltin tal-Università ta’ Malta mid-Dipartiment tal-Istudji dwar l-Ispazju.

Fil-fatt ilbieraħ l-istudenti fil-preżenza tal-Ministru Owen Bonnici tellgħu bużżieqa fl-istratosfera fuq il-gżejjer Maltin biex jagħmlu analiżi tal-kwalità tal-arja u l-ambjent li jdawwarna.

Dan l-esperiment, li qed issir għall-ewwel darba f’Malta, wassal bużżieqa spazjali madwar 30 kilometru ‘l fuq mill-art fuq Malta biex jittieħdu kampjuni tal-arja u jiġu analizzati.

L-apparat niżel lura fl-ibħra Maltin u nġabar matul is-siegħat bikrin tal-lejl li għadda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com