Xufier Tal-Linja B’Ġrieħi Gravi Wara Inċident Tat-Traffiku Fil-Mellieħa

 Xufier Tal-Linja B’Ġrieħi Gravi Wara Inċident Tat-Traffiku Fil-Mellieħa

Raġel ta’ 39 sena, xufier ta’ karozza tal-linja weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7pm, fi Triq Selmun, il-Mellieħa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tal-linja, misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Ħamrun, u vettura ta’ tip Mercedes C220D, misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti l-Mosta.

Tim mediku ta l-assistenza liż-żewġ xufiera u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ix-xufier tal-karozza tal-linja kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi, filwaqt li x-xufier l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.

Fl-inċident kienet involuta ukoll karozza Fiat Cinquecento, misjuqa minn Bulgaru ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar. Hu ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ritratt: Facebook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com