Ir-Renju Unit Se Jkun Qed Jilqa’ 20,000 Refuġjat Afgan

Il-Gvern Ingliż qal li ħa jkun qed jieħu eluf ta’ refuġjati Afgani biex jibdew ħajja ġdida fir-Renju Unit wara li t-Taliban ħataf il-kontroll ta’ Kabul.
L-Ingilterra ħa tkun qed tagħti opportunita lil 20,000 Afgan biex jibdew ħajja ġdida fir-Renju Unit fis-snin li ġejjin.
Fl-ewwel sena, 5,000 refuġjat se jkunu eliġibbli. In-nisa, bniet u oħrajn fil-bżonn se jkollhom prijorità.
L-Ingilterra qed jħeġġu pajjiżi oħra biex jgħinu, “ma nistgħux nagħmlu dan waħedna”.
Qed jiġi pjanat pjan ieħor ukoll sabiex jagħtu opportunita biex jgħixu fl-Ingilterra l-interpreti u persuni oħra li ħadmu għar-Renju Unit f’dawn l-aħħar snin ġewwa l-Afganistan.
Illum mistenni jiltaqa’ b’mod urġenti l-Parlament Ingliż sabiex jiġi diskuss is-sitwazzjoni fl-Afganistan.
Ritratt: BBC