F’Pompeii – “Wieħed Mill-Iskeletri L-Aktar Ippreservati Li Qatt Instabu F’Din Il-Belt Antika”

 F’Pompeii – “Wieħed Mill-Iskeletri L-Aktar Ippreservati Li Qatt Instabu F’Din Il-Belt Antika”

Waqt skavar li kien qed isir f’Porta Sarno, żona li għada mhux miftuħa għall-pubbliku f’Pompeii l-arkeoloġisti skoprew skeletru ppreservat tajjeb ħafna f’qabar. Jidher minn testijiet li saru li r-raġel kellu madwar 60 sena.

Fil-qabar instab xagħar abjad u parti minn widna, kif ukoll għadam u biċċiet tad-drapp.

Ġie deskritt bħala “wieħed mill-iskeletri l-aktar ippreservati li qatt instabu f’din il-belt antika”.

L-iskoperta hija speċjali għaliex normalment l-biċċa l-kbira tal-adulti kienu jkunu kremati dak iż-żmien u t-tfal żgħar biss kienu jindifnu.

Din is-sejba qed titfa dawl ġdid fuq il-ħajja kulturali tal-belt qabel ma nqerdet mill-iżbroff tal-vulkan Vesuvju fis-sena 79 wara Kristu.

Skrizzjoni miktuba fuq irħama mal-qabar tgħid li s-sid tal-qabar huwa skjav meħlus bl-isem ta’ Marcus Venerius Secundio, li f’ħajtu għen sabiex jiġu organizzati diversi attivitajiet kulturali bil-Grieg f’Pompeii.

Dan jikkonferma li l-lingwa Griega kienet il-lingwa tal-kultura mitkellma fil-Mediterran flimkien mal-Latin.

F’Pompeii għadhom jinstabu oġġetti sal-lum waqt skavi li għadhom qed isiru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com