It-Temperaturi Tal-Bieraħ Fi Sqallija Aktarx Huma L-Għola Qatt Reġistrati Fl-Ewropa

 It-Temperaturi Tal-Bieraħ Fi Sqallija Aktarx Huma L-Għola Qatt Reġistrati Fl-Ewropa

Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar Taljani komplew jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jikkontrollaw in-nirien fi Sqallija, hekk kif ilbieraħ it-temperaturi laħqu dak li possibbilment jista’ jkun rekord fl-Ewropa.

Is-Servizio Informativo Agrometeorologico Siciliano (SIAS) irrapporta li t-temperatura żdiedet għal 48.8oC ilbieraħ wara nofsinhar.

L-aġenzija SIAS fuq il-mezzi soċjali tagħha qalet li din kienet l-ogħla temperatura rreġistrata minn meta ġiet installata s-sistema tan-network mal-gżira kollha fl-2002.

Jista’ jkun ukoll rekord Ewropew, għalkemm l-esperti tat-temp wissew li l-kejl għad irid jiġi kkonfermat.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com