Jibagħtu Fuljett Fit-8 Distrett Taparsi Mill-Ministru Edward Zammit Lewis
F’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu, il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li huwa nfurmat li qed jintbagħtu fuljetti qarrieqa għand ir-residenti tat-8 Distrett taparsi mibgħut u ffirmat minnu.
“Nicħad kategorikament li dan il-fuljett intbagħat minni jew min-nies tiegħi. Huwa ċar li dan huwa parti minn kampanja organizzata sabiex ikun hemm assassinju politiku tal-karattru tiegħi – liema kampanja ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ġimgħat u qed twassal għal tbatija għalija u għall-familja tiegħi.” Saħaq il-Ministru Zammit Lewis.
Il-Ministru kompla jgħid li huwa baqa’ b’ħalqu magħluq iżda issa nqabeż kull limitu.
Talab ukoll apoloġija lil kull Laburist “li stajt weġġajt b’kummenti li ttieħdu barra mill-kuntest” u qal li ser jibqa’ jkun ta’ servizz għall-pubbliku u għall-Partit Laburista.