Jibqgħu ħdejh Fuq Il-Qabar Wara D-Difna – Tislima Lil Geordie

Ftit tal-jiem ilu, kulħadd inħasad bl-aħbar kiefra li Geordie Muscat kien ħalla din id-dinja f’żgħożitu. Huwa miet ħabta u sabta u kien deskritt bħala bniedem ferrieħi u li dejjem kien lest li jgħin lil ħaddieħor.
Ilbieraħ sar il-funeral tiegħu fejn wara, sħabu baqgħu ħdejh bilqiegħda biswit qabru b’turija ta’ rispett u mħabba li kellhom lejn seħibhom Geordie.
“Is-soltu konna nkunu fuq mejda il-pjazza ma’ xulxin, illum differenti”, kitbet Mikaela Bajada.
Qalet li “Bqajna fejnek iċ-ċimiterju wara li sellimnilek għall-aħħar darba u niftakru fil-memorji li għandna flimkien”, filwaqt li rringrazzjatu talli kien parti minn ħajjitha.
Insellmu l-memorja ta’ Geordie u nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari kollha.