L-Awtur U Kittieb Gerard James Borg Jiċċelebra Għeluq Sninu U Jħabbar…

 L-Awtur U Kittieb Gerard James Borg Jiċċelebra Għeluq Sninu U Jħabbar…

Il-Kompożitur magħruf Gerard James Borg illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Tul il-karriera vasta tiegħu, kiteb bosta kanzunetti għall-Eurovision Song Contest fejn kiteb sitta minnhom flimkien ma’ Philip Vella.

Tibqa’ popolari wkoll 7th Wonder kantata minn Ira Losco li huwa kiteb u li kklassifikat fit-tieni post.

Kiteb ukoll numru ta’ kanzunetti oħra għall-finali fil-pajjiżi rispettivi li l-kantanti internazzjonali jipparteċipaw fosthom: Franza, Norveġja, il-Belġju, Greċja, Bulgarija u r-Rumanija kif ukoll l-Iżlanda.

Apparti hekk, kiteb ukoll kotba li għamlu suċċess fosthom: Bormla Babes u oħrajn. Illum, ħabbar li ser iniedi ktieb ieħor fid-19 ta’ Settembru li ġej.

Awguri Gerald.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com