L-Għawwiem Turu Rizzo Kien Kiser Ir-Rekord Tiegħu Stess…

 L-Għawwiem Turu Rizzo Kien Kiser Ir-Rekord Tiegħu Stess…

Kien bħal-lum 12 t’Awwissu tal-1937 meta l-għawwiem famuż Turu Rizzo ntefa’ l-baħar fix-Xatt ta’ Tas-Sliema bil-għan li jikser ir-rekord tiegħu stess ta’ 68 siegħa u 18-il minuta fil-baħar.

Huwa kellu 44 sena u kien bniedem ta’ kuraġġ kbir.

Rizzo kien eżaminat fl-Għassa tal-Pulizija mit-Tabib Sammut u mit-Tabib Charles Borg.

Il-Kanonku Konstantin Muscat, Dekan tal-knisja ta’ Birkirkara kien bierek lil Rizzo. Wara 67 seigħa u 15-il minuta, Rizzo kien ordnat mit-tabib biex joħroġ mill-ilma u ttieħed għall-mistrieħ fl-Isptar Zammit Clapp.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com