L-Influencer Niġerjan Ramon Abbas Jammetti Li Seraq Il-Miljuni Fosthom Il-BOV
L-influencer Niġerjan Ramon Abbas ta’ 37 sena magħruf ukoll bħala “Hushpuppi” wieġeb ħati għar-rwol tiegħu fil-ħasil tal-flus u skemi frodulenti, inkluż serq b’mod elettroniku ta’ €13-il miljun mill-Bank of Valletta ta’ Malta sentejn ilu.
Din kienet serqa kbira li poġġiet lil bank f’sitwazzjoni xejn komda wara li hu mifhum li Abbas wettaq din is-serqa flimkien ma’ tliet hackers Koreani b’mod virtwali.
Dan kien konfermat f’Qorti f’Kalifornja l-Amerika fejn huwa issa jista’ jeħel 20 sena ħabs kif ukoll jrodd lura $24 miljun li seraq mingħand bosta vittmi.
Abbas kien magħruf għal ħajja lussuża li kien jgħix fost iż-żewġ miljun u nofs persuna li jsegwuh fuq Instagram.
Fi stqarrija, l-Assistent Direttur tal-Uffiċċju tal-FBI, f’Los Angeles Kristi Johnson, iddeskriva lil Abbas bħala wieħed mill-iżjed persuni fid-dinja, li għandu profil għoli fejn jidħol il-ħasil ta’ flus.