Mara Tindarab Gravi Wara Li Ntlaqtet Minn Vettura F’Pembroke

 Mara Tindarab Gravi Wara Li Ntlaqtet Minn Vettura F’Pembroke

Ilbieraħ, għal xi 6pm, seħħ inċident fi Triq Burma, Pembroke.

Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li mara ta’ 49 sena u residenti Pembroke, sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqtet minn vettura Nissan Qashqai, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Pembroke ukoll.

Tim mediku ta l-għajnuna, ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com