Miet Ir-Raġel Ta’ 32 Sena Li Waqa’ Tliet Sulari Lbieraħ Fl-Imsida
Raġel ta’ 32 sena mill-Venezuela miet aktar kmieni dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.
Huwa tilef ħajtu wara li lbieraħ waqa’ tliet sulari f’bitħa ta’ residenza privata fl-Imsida.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachael Montebello li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.