“Miskin Il-Voluntier” – Hekk Se Jispiċċaw Il-Festi?

 “Miskin Il-Voluntier” – Hekk Se Jispiċċaw Il-Festi?

Karl Camilleri kiteb ħsieb fuq il-midja soċjali tiegħu li jwassal karba f’isem il-voluntier. Tenna li l-voluntier jaħdem u jgħaddi minn martirju sħiħ biex japplika għall-fondi biex isiru proġetti ta’ fejda b’riżq il-komunità; xi kultant ‘a scapitu’ tal-politiċi li jieħdu vantaġġ mill-festi biex jidhru u jagħmlu l-propaganda tagħhom.

Saħaq li r-responsabbiltà dejjem tiżdied saħansitra anke fuq l-iċken affarijiet tant li jasal jaqta’ qalbu.

Fakkar li l-voluntier irid jara kif ilaħħaq biex iqassam ħajtu personali biex it-tradizzjonijiet u l-kultura tibqa’ għaddejja.

Qal li l-voluntier jaħdem b’riżq l-identità Maltija; liema ħidma ma tgawdi l-ebda benefiċċju soċjali biex il-ħidma titwettaq.

Temm jgħid: ” Il-voluntier – Dak li fis-siegħa tal-prova jitħalla waħdu ghax nistmawh daqs l-akbar kriminal. Miskin il-VOLUNTIER!”

Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com