Nirien Kbar Qed Iħallu Ħerba Fi Sqallija
F’Sqallija għal dawn l-aħħar jumejn ħaddiema tal-emerġenza qed jiġġieldu n-nirien kbar li nħakmu fuq din il-gżira li laħqu l-belt ta’ Catania. Bosta nies kellhom jitilqu djarhom kif ukoll turisti kellhom joħorġu minn lukandi hekk kif in-nirien komplew jinfirxu b’mod mgħaġġel ħafna. L-ajruport kellu jagħlaq b’mod temporanju ukoll.
Il-ħaddiema tal-emerġenza qallu li wettqu mal-250 operazzjoni fi Sqallija fl-aħħar 24 siegħa, li minnhom 50 kienu f’Catania biss. Il-belt famuża għall-arkitettura barokka tagħha tinsab taħt attakk ta’ nirien bla kontroll.
B’temperaturi li joqorbu lejn 40 grad Celsius, irjieħ sħan ħeġġew l-fjammi jżidu madwar il-gżira, bin-nirien jispiċċaw ukoll fil-provinċja ta’ Palermo, u dan ikkawża xita ta’ irmied fuq il-kapitali Sqallija.
Ritratti: Reuters