Żagħżugħ Weġġa’ Serjament F’Inċident Bir-Rota

 Żagħżugħ Weġġa’ Serjament F’Inċident Bir-Rota

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta ta’ nofsillejl, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġwann tal-Għorgħar, San Ġwann.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemm instab ċiklist fl-art b’numru ta’ ġrieħi. Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ċiklist tilef il-kontroll u waqa’.

Il-vittma, Libjan ta’ 17-il sena u residenti l-Imsida ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com