Nirien Kbar Viċin Il-Fdalijiet Tal-Olimpijadi Tal-Qedem Fil-Greċja

 Nirien Kbar Viċin Il-Fdalijiet Tal-Olimpijadi Tal-Qedem Fil-Greċja

Bosta nirien f’pajjiżi qed ikompli jippersisti fosthom fil-Greċja fejn il-ħaddiema tat-tifi tan-nar issa qed ikomplu jiġġieldu kontra nirien kbar li waslu viċin sit importanti arkeoloġiku fejn seħħew l-ewwel logħob Olimpiku. Fdalijiet Griegi li jmorru lura għal 776 sena qabel Kristu.

Forzi kbar ta’ pumpiera ġew skjerati ħdejn ir-raħal tal-Olimpijadi tal-Qedem biex jipproteġu s-sit, li normalment bħal dan iż-żmien ikun iffullat bit-turisti. Aktar minn 170 pumpier, 50 vettura u 6 ħelikopters qed jaħdmu lejl u nar sabiex iwaqqfu l-firxa tan-nirien li issa ilhom għaddejjin għal din l-aħħar ġimgħa.

Bosta residenti u turisti ġew evakwati miż-żona u qed isir kull sforz possibbli sabiex jiġi kontrollat in-nar u jiġi protett dan is-sit.

Ritratti: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com