Parir Lin-Nisa Li Qed Jistennew Tarbija Biex Jieħdu L-Vaċċin

 Parir Lin-Nisa Li Qed Jistennew Tarbija Biex Jieħdu L-Vaċċin

Il-Kulleġġ Malti tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija qed jagħtu l-parir lin-nisa li qed jistennew tarbija sabiex jieħdu l-vaċċin kontra l-COVID-19, dan għaliex qed jkun hemm żieda ta’ każi b’komplikazzjonijiet fuq nisa tqal kawża tal-Covid-19.

Dan ntqal f’stqarrija, fejn qalu li l-vaċċinazzjoni hija l-aħjar soluzzjoni biex jitnaqqas iċ-ċans li nisa li qed jistennew tarbija jispiċċaw pożittivi għall-Covid-19 u li jispiċċaw jesperjenzaw komplikazzjonijiet kawża tal-virus.

Skond il-Kulleġġ Malti tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija Intwera li l-vaċċin kontra l-COVID-19 jista’ jittieħed fit-tqala u wara l-ħlas. Qalu wkoll li jekk mara qed tipprova toħroġ tqila xorta tista’ tieħu l-vaċċin u m’hemm l-ebda evidenza li l-vaċċin kontra l-Covid-19 jaffettwa l-fertilità. Il-Kulleġġ tal-parir biex in-nisa jiddiskutu l-benefiċċji u r-riskji tat-teħid tal-vaċċin mal-professjonist tas-saħħa tal-fiduċja tagħhom u jilħqu Deċiżjoni flimkien.

Finalment qalu li s’issa kienu qed jagħtu l-parir biex jieħdu l-vaċċin dawk in-nisa biss li huma f’riskju li jkunu esposti għall-virus jew li għandhom xi kundizzjoni medika serja. Il-Kulleġġ Malti tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija issa qed jirrevedu dan il-parir sabiex in-nisa tqal kollha għandhom jikkunsidraw li jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19 wara t-12-il ġimgħa tat-tqala.

Ritratt: Nursingtimes.net

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com