Raġel Iweġġa’ Gravi Waqt Li Kien Qed Isuq Electric Scooter

Ilbieraħ, għal xi l-5pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn e-kick scooter, li fuqha kien hemm raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar, u Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 40 sena residenti l-Mellieħa.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Sky News