Raġel Ta’ 32 Sena Jaqa’ Minn Għoli Fi Triq Tal-Qroqq Fl-Imsida
Illum, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm persuna li waqgħet minn xi għoli fi Triq tal-Qroqq, l-Imsida.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 32 sena mill-Venezuela, waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari f’bitħa ta’ residenza privata.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachael Montebello li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.