Raġel Ta’ 55 Sena Ammetta Li Seraq Minn Fuq Bajja
![Raġel Ta’ 55 Sena Ammetta Li Seraq Minn Fuq Bajja](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/06/QORTI-1-850x529.jpg)
Illum tresaq il-Qorti raġel ta’ 55 sena akkużat li seraq numru ta’ oġġetti minn fuq bajja f’Tas-Sliema. Huwa ammetta li wettaq dawn is-serqiet li jammontaw għal aktar minn €1,300. Fost l-oġġetti li seraq kien hemm mobile li permezz tiegħu seta’ jiġi traċjat sakemm instab ir-raġel u ġie arrestat.
Ir-raġel għadu kemm spiċċa programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga, imma jidher li r-raġel reġa’ waqa’ għal użu tad-droga.
Il-Qorti ddeċidiet li r-raġel jeħel sena ħabs sospiża għal sentejn kif ukoll jitpoġġa taħt superviżjoni sabiex jerġa’ jieqaf jagħmel użu mid-droga.