Raġel Ta’ 82 Sena Jaqa’ Fuq Il-Blat
Dalgħodu, għal xi l-għaxra u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema, minħabba li kien hemm persuna mixħuta fuq il-blat.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 82 sena residenti Tas-Sliema kien waqa’ fuq il-blat fil-viċinanzi ta’ Ġnien l-Indipendenza.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.