Salvat Ferħ Ta’ Qattus Mill-Foss Tal-Belt

 Salvat Ferħ Ta’ Qattus Mill-Foss Tal-Belt

Viki Ketipearachchi tabib barrani li jaħdem fi sptar f’Malta irrakkonta kif ilbieraħ filgħaxija Membri tal-Protezzjoni Ċivili salvaw ferħ ta’ qattus.

Jidher li Viki Ketipearachchi sar jaf b’dan il-qattus min koppja li kienet qed timxi maġenb is-sur u semgħet il-qattus inewwaħ. Huwa prova jikteb f’gruppi speċifiċi dwar l-annimali permezz ta’ Facebook sabiex isib xi tip ta’ għajnuna sabiex ikunu jistgħu isalvaw lil dan il-qattus.

Wara din it-talba kien hemm ħafna nies li taw l-għajnuna tagħhom b’xi mod jew ieħor sabiex ilbieraħ dan il-ferħ itella bil-ħila tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili li xxabbtu fil-foss taħt il-ġnien ta’ Hastings, il-Belt Valletta.

F’post fuq facebook Viki Ketipearachchi rringrazzja lil diversi nies u entitajiet li għenu kif ukoll b’mod individwali lil ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Prosit!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com