Sena Wara L-Isplużjoni Qawwija Fil-Port Ta’ Bejrut

Sena wara l-isplużjoni qawwija li heżżet pajjiż, f’Bejrut illum mistennija dimostrazzjonijiet kbar mifruxa mal-pajjiż. Dan biex jiġi mfakkar l-anniversarju tal-isplużjoni tal-port li qatlet mijiet ta’ nies u weġġgħet eluf.
Il-familji tal-vittmi huma mistennija li jingħaqdu ma’ dimostranti minħabba n-nuqqas ta’ ġustizzja u responsabbiltà mill-politiċi dwar dan l-inċident.
Dan wara li qed isostnu li hemm evidenza li timplika uffiċjali għolja Lebaniżi fl-isplużjoni fl-4 ta’ Awwissu 2020, ikkawżata meta mijiet ta’ tunnellati ta’ nitrat tal-ammonju maħżuna f’maħżen fil-port jaqbdu.
Ritratt: Skynews