Smajtu? Issa Tista’ Tixtri Pizza Mill-‘Vending Machine’

Taħsibha ċajta imma mhix. U fid-dinja progressiva li qegħdin ngħixu fiha, stenna kollox. Jidher li f’Ruma saret l-ewwel ‘vending machine’ li tippreżentalek il-pizza tal-għażla tiegħek fi ftit ħin. Jisimha ‘Mr. Go Pizza.’
Minn Margherita għal capricchiosa, quattro formaggi u iżjed. Hawn min ma baqgħalux paċenzja jiekol ġo restorant jew jistenna. Jew forsi hawn min tant hu mħabbat li din l-innovazzjoni ra ġenna għalih.
Jekk tmorru sa Ruma, araw tinzertawhiex.