Tinqatel Tarbija Ta’ 8 Ġimgħat Fl-Irlanda
Missier fl-Irlanda kellu jidfen lil ibnu stess ta’ 8 ġimgħat.
Bla dubju din hija esperjenza li ħadd ma jixtieq jgħaddi minna, iktar u iktar meta t-tarbija nqatlet minn l-omm stess.
Il-każ seħħ it-Tlieta tal-ġimgħa li għaddiet meta Missier it-tarbija waqt li kien qed fl-Ingilterra rċieva aħbar li qatt f’ħajtu ma kien qed jistenna. Raluca Tagini, ta’ 29 sena, omm it-tarbija kienet qatlet lit-tifel ta’ 8 ġimgħat b’daqqiet ta’ sikkina kif ukoll pruvat toqtol ukoll tifla ta’ sentejn.
L-omm ġiet arrestata u ħa tkun qed titressaq il-qorti fuq dan il-qtil makabru.
Il-missier irringrazzja lil ħbieb kif ukoll lil dawk li joqgħodu fil-madwar tas-sapport kbir li tawh f’dan il-mument iebes ħafna li qed jgħix.
Fi ftit ġranet oħra kienu ħa jkunu qed jagħmlu l-magħmudija, minflok kellu jkun funeral.
Ritratt: Mirror