Tintbagħat Kapsula Maltija Fl-Ispazju Għal Skopijiet Ta’ Riċerka – “Maleth”

 Tintbagħat Kapsula Maltija Fl-Ispazju Għal Skopijiet Ta’ Riċerka – “Maleth”

Lura f’Mejju li għadda, l-Ministri Evarist Bartolo u Owen Bonnici kienu ħabbru li kapsula Maltija li fiha kampjun ta’ mikrobi minn ġrieħi ta’ persuni bid-diabetè, se tintbagħat fl-ispazju għal raġuni ta’ riċerka. Dan il-proġett issejjaħ Maleth.

Ir-riċerka qed issir taħt id-direzzjoni tal-Professur Joe Borg mill-Università ta’ Malta flimkien ma’ riċerkaturi oħra.

Ilbieraħ, dan il-kampjun intbagħat b’rocket Falcon9 tal-kumpanija SpaceX u li huwa kkummissjonat min-NASA fuq missjoni lejn l-istazzjon spazjali internazzjonali. Ir-rocket se jwassal fl-ispazju; provisti, tagħmir u numru ta’ esperimenti xjentifiċi fosthom minn Malta.

B’hekk ser ikun studjat l-effett li l-ispazju se jkollu fuq dawn iċ-ċelloli biex niskopru iktar dwar id-dijabete u kif nistgħu nsaħħu s-servizzi li jingħataw lil min hu marid b’din il-kundizzjoni. Iċ-ċelloli se jaslu lura Malta ftit inqas minn xahrejn oħra.

Dan kien possbbli bis-saħħa tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, il-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjon, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-kumpaniji Evolve Ltd u Arkafort u kif ukoll l-RIDT fi ħdan l-Universita’ li lkoll ikkoperaw bejniethom.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com